Internazzjonali

Biden u Harris il-Personalitajiet tas-Sena 2020

Il-President-elett Joe Biden flimkien mal-Viċi President-elett Kamala Harris
Ir-rivista 'Time' tagħti dan it-titlu kull sena lil persuna li jkun tassew għamel differenza

“Il-koppja Biden-Harris jirrapreżentaw pass storiku, li se tbiddel il-ħajja tal-Amerikani.”

Hekk stqarr il-magazine TIME meta fuq Twitter ħabbar li l-President-Elett Joe Biden u Kamala Harris ġew magħżula bħala l-personalitajiet għas-sena 2020.

Nominati ma’ Biden u Harris kien hemm il-virologu Anthony Fauci u l-ħaddiema frontliners, il-President Trump u l-moviment kontra l-abbużi razzisti.

Dan il-magazine ilu mill-1927 jagħżel l-aktar persuna influwenti tas-sena.