Claire Micallef Pulè ingħatat ir-rikonoxximent ta’ Ġieħ il-Kalkara għas-sena 2020.
Dan hekk kif il-Ħamis 10 ta’ Diċembru, proprju f’Jum il-Kalkara, il-ħidma u d-dedikazzjoni tagħha fis-soċjetà Maltija ġew rikonoxxuti grazzi għall-ħidma sfieqa tagħha fl-inkarigu li tamministra lill-Malta Community Chest Fund Foundation.
Hija bdiet taħdem f’dan ir-rwol 11-il sena ilu – bil-ħidma tagħha tiġi deskritta bħala waħda ta’ passjoni, li twettaqqha b’sens ta’ mħabba u attenzjoni personali lejn il-batut u l-marid.
//= $special ?>