Lokali Mużika

Dark Days – single ġdida ta’ Owen Leuellen

Ir-rapper lokali Owen Leuellen nieda l-kanzunetta ‘Dark Days’, kanzunetta deskritta bħala waħda li tiġbor l-emozzjoni li ħassew bosta madwar id-dinja kawża tal-pandemija.

Leuellen spjega li meta kiteb il-lirika huwa ġie ispirat minn dak kollu li kien qiegħed jisma’ u jara tul dawn l-aħħar xhur, iżda insista li biex wieħed igawdi u jilmaħ id-dawl, għandu jgħaddi minn żminijiet mudlama.

Huwa insista li din il-kanzunetta qiegħda għal qalbu ħafna li ċertament twassal messaġġ ta’ tama.