Aktar kmieni din il-ġimgħa ġie elett l-Eżekuttiv il-ġdid tal-Kulleġġ tal-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista (KKLPN).
Charles Bonello ġie kkonfermat bħala l-President tal-Kulleġġ. Minbarra li jokkupa l-kariga wkoll ta’ Kordinatur tal-Kunsillieri Lokali tal-Partit, hu ilu Kunsillier Lokali u Minority Leader fil-Kunsill Lokali tal-Fgura għal dawn l-aħħar 23 sena, kif ukoll membru tal-Kunsill Amministrattiv u tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit.
Emanuel Zammit, Kunsillier Lokali żagħzugħ, kien elett bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Kulleġġ.
Il-karigi l-oħrajn, f’dan it-terminu li jibqa’ għaddej sal-2022, huma:
Viċi President: Graziella Galea
Assistent Segretarju: Ralph Puli
Kaxxier: Stanley Zammit
Segretarju għal Għawdex: Kevin Cauchi
Segretarju Relazzjonijiet Pubbliċi u Mezzi Soċjali: Pat Camilleri
Assistent Segretarju Relazzjonijiet Pubbliċi u Mezzu Soċjali: Maryanne Cuomo
Segretarju Politika (Policy): Albert Buttigieg
Segretarju Attivitajiet: John Luke Cassar
Assistent Segretarju Attivitajiet: Ian Mario Vassallo
Segretarju Eks Kunsillieri Lokali: Owen Scibberas
Kordinatur Forum 13-il rappreżentant mid-Distretti: John B Camilleri
Kordinatur Forum tas-Sindki (Malta): David Battistino
Kordinatur Forum tal-Kapijiet tal-Minoranza (Malta): Mark Pisani
Kordinatur mal-AKL: Graziella Galea
Il-KKLPN hu l-korp ċentrali li jaħdem fi ħdan il-Partit Nazzjonalista fil-qasam tal-Kunsilli Lokali. Fis-sentejn li ġejjin, il-Kulleġġ se jkun qed isaħħaħ il-ħidma tiegħu mal-Kunsillieri Lokali tal-Partit, filwaqt li jara li jressaq ‘il quddiem proposti u position papers ħalli jkun assigurat li dan is-saff ta’ demokrazija f’pajjiżna jibqa’ relevanti u jkompli jissaħħaħ.
//= $special ?>