Tul din is-sena fl-isfond tal-pandemija tal-Covid-19, l-ekonomija taz-zona ewro mistennija tonqos b’7.3% filwaqt li l-Prodott Domestiku Gross Malti mistenni jonqos b’aktar, b’7.5% – sitwazzjoni ferm differenti meta mqabbla mal-kriżijiet ekonomiċi preċedenti.
Dan ħareġ mill-prospetti għall-ekonomija Maltija bejn l-2020-2023 ippublikat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta fejn ġie spjegat li l-PDG ta’ pajjiżna mistenni jirpillja b’mod kajman kemm-il darba jiġi introdott il-vaċċin fi xtutna u jkun suċċess.
Il-Bank Ċentrali spjega li dan it-tnaqqis wasal minħabba nuqqas drastiku fl-esportazzjoni kif ukoll bir-restrizzjonijiet ta’ safar u tfixkil globali. Madanakollu, ġie preċiżat li ankè d-domanda domestika qed tikkontribwixxi għal ċifri negattivi – bil-livell ta’ inċertezza iħalli impatt sostanzjani fil-livell ta’ konsum u investiment privat.
Ġie spjegat li l-aktar aspett kontributorju biex l-ekonomija tal-pajjiż tiġi elevata mill-ġdid ċertament ser tkun id-domanda domestika.
Dan filwaqt li ċ-ċifri urew li l-pajjiż ser ikompli jħabbat wiċċu ma’ defiċit sa tal-inqas l-2023.
//= $special ?>