Lokali

Il-PN jsellem il-memorja tan-Nutar Antoine Agius

Il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja tan-Nutar Antoine Agius minn Ħal Qormi.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Francis Zammit Dimech, spjega li n-Nutar Agius kien kandidat tal-Partit Nazzjonalista fl-1987.

Hu jibqa’ l-aktar mfakkar għall-kontribut tiegħu fil-ħidma soċjali li wettaq bħala wieħed mill-fundaturi tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Aniċi fil-Paroċċa ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi, fejn serva wkoll bħala l-President tal-istess għal 22 sena.

Il-Partit Nazzjonalista jagħti l-kondoljanzi lill-familja u l-qraba.