Mil-lejla tibda tintlagħab it-12 -il ġurnata tal-Premier League fejn fi tmiem il-ġimgħa jispikka d-derby ta’ Manchester.
F’Old Trafford, għada Manchester United jilgħabu kontra Manchester City f’partita li se tkun importanti għaż-żewġ timijiet. Manchester United f’nofs il-ġimgħa ġew eliminati mill-UEFA Champions League wara t-telfa kontra RB Leipzig filwaqt li wara l-bidu ħażin li kellhom fil-Premier League Manchester City jidhru li qabdu r-ritmu u rebħa fid-derby tpoġġijhom f’pożizzjoni komda biex jisfidaw lil Tottenham, Chelsea u Liverpool li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika.
Konfront ieħor interessanti huwa dak f’Goodison Park bejn Everton u Chelsea fejn wara l-bidu impressjonanti li kellhom, Everton jidher li naqqsu r-ritmu wara serje ta’ riżultati negattivi. Chelsea jidher li se jkunu fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tat-titlu wara l-investiment qawwi li wettqu fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf.
Liverpool jilgħabu barra minn darhom kontra Fulham, f’partita li tidher faċli għal Liverpool. Fulham min naħa tagħhom se jkollhom il-vantaġġ li se jilgħabu f’darhom u se jkollhom mal-2,000 partitarju li se jkunu qed isegwu l-partita.
Tottenham li jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika flimkien ma’ Liverpool iżda b’differenza ta’ gowls aħjar, se jkunu qed jilgħabu barra minn darhom kontra Crystal Palace f’partita li tista’ tkun diffiċli għat-tim ta’ Jose Mourinho minħabba l-forma f’Selhurst Park ta’ Crystal Palace.
Premier League
Illum: Leeds v West Ham 8.45pm Għada: Wolves v Aston Villa 1.30pm, Newcastle v WBA 4.00pm, Man Utd v Man City 6.30pm, Everton v Chelsea 9.00pm Il-Ħadd: Southampton v Sheff. Utd 1.00pm, C. Palace v Tottenham 3.15pm, Fulham v Liverpool 5.30pm, Arsenal v Burnley 8.15pm, Leicester v Brighton 8.15pm
//= $special ?>