Internazzjonali

Johnson iwissi “lestu għal ‘no deal'”

Ritratt: Business Insider

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qed jipprepara lill-Ingliżi għal Brexit bla ftehim. Fl-aħħar sigħat Johnson wissa’ li hemm possibiltà kbira li ma jintlaħaqx ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea dwar Brexit.

Hu ddikkjara dan wara laqgħa kruċjali fi Brussell, waħda minn ħafna fl-aħħar jiem, u li jidher li reġgħet ma wasslet għal imkien .

Johnson qal li issa huwa ż-żmien għal kumpanijij u għall-poplu biex ilestu ruħhom għal ‘no deal’.

Minkejja li d-diskussjonijiet se jibqgħu għaddejjin, Johnson qal li ż-żewġ partijiet għadhom ferm lura milli jilħqu ftehim.

Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea fadlilhom biss ftit jiem qabel ma jiskadilhom iż-żmien għat-taħditiet hekk kif fil-31 ta’ Diċembru, ir-Renju Unit ikun uffiċjalment barra mill-bloc.

Fost il-punti li dwarhom ma jistax jiinstab kompromess jidher li hemm ir-regoli tal-kompetizzjoni u d-drittijiet tas-sajd.