Internazzjonali

Libanu: Ħames sentenzi ta’ ħabs għal għomru dwar il-qtil ta’ Hariri

Membru tal-grupp militanti Hezbollah ingħata ħames sentenzi (rispettivi) ta’ ħabs għal għomru b’konnessjoni mal-assassinar tal-eks Prim Ministru tal-Libanu, Rafik Hariri.

Il-militanti, Salim Ayyash, li nstab ħati fl-assenza tiegħu, kellu rwol influwenti fl-attakk bil-bomba tal-2005, f’Bejrut, li kien sewa l-ħajja ta’ Hariri. Ayyash, aktar kmieni fis-sena, kien instab ħati dwar ‘sehem fl-assassinar’.

Intant, l-imħallfin mat-Tribunal Speċjali għal-Libanu, ibbażat fl-Olanda, ħafru l-akkużi fil-konfront ta’ tliet imputati oħra fil-każ li wkoll ma kenux preżenti fl-awla tal-qorti.

Il-Hezbollah dejjem ċaħad għal sehem fil-qtil ta’ Hariri u l-imħallfin qalu li ma nstabitx provi li setgħet timplika lill-kapijiet tal-grupp militanti fl-assassinar.