Lokali

Maħtura l-karigi fil-Kumitat tal-FOIPN

Fil-jiem li għaddew, il-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista (FOIPN) ħatar b’mod unanimu l-karigi ġodda fi ħdan il-Kumitat. Dawn il-karigi ġew maħtura waqt l-ewwel laqgħa tal-Eżekuttiv il-ġdid.

Il-karigi kollha huma:
President: Jamie Vella
Viċi President: Rebekah Cilia
Segretarju Ġenerali: Alex Mangion
Kordinatur tal-Policy: Hubert Farrugia
Teżorier: Anthony Galea
Segretarju Internazzjonali: Celine Van Der Mark
Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi: Justin Anastasi
Kordinatur tal-Mezzi Soċjali: Stephen Deguara
Statute Development & Internal Affairs: Stanley Portelli
Assistent Segretarju Ġenerali: Isabelle Camilleri

Fi stqarrija, il-FOIPN qal li hu determinat li juża’ kull kariga biex jilħaq is-segmenti kollha tas-socjetà, filwaqt li jippromwovi politika ta’ inklużjoni, ugwaljanza u sensittività.