Lokali

Mara titlef ħajjitha wara li waqgħet f’taraġ pubbliku fir-Rabat

Mara ta’ 77 sena mir-Rabat tilfet ħajjitha wara li waqgħet taraġ pubbliku li hemm fi Vjal il-Ħaddiem.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li, għall-ħabta tal-10.30am, il-mara kienet nieżla mit-taraġ pubbliku meta, għal xi raġuni, hi tfixklet u wagħet.

Minbarra l-Pulizija, fil-post wasal ukoll tim mediku b’Ambulanza. Madankollu, sfortunatament, il-mara ġiet iċċertifikata mejta fil-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Rachel Montebello, li ħatret Inkjesta assistita minn għadd ta’ esperti, filwaqt li aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.