Lokali

Negozjanti Niġerjani jixtru passaporti Maltin biex jaħarbu minn pajjiżhom

Negozju tajjeb għal Henley & Partners

It-tensjoni fin-Niġerja qed tkompli teskala, u l-ħajja f’dan il-pajjiż mhix waħda faċli. Izda Dapo, negozjant ta’ kwazi 40 sena, għandu plan b jekk l-affarijiet ikomlu jiggravaw.

Dapo xtara passaport Malti. Jista’ jaħrab lejn Malta meta jrid.

Bħal Dapo, hemm ħafna negozjanti Niġerjani li xtraw passaport Malti.

Intervistat mis-sit Aljazeera, Dapo jgħid: “Nista nitlaq Malta meta rrid. L-uniku ntopp żgħir ikun il-perjodu ta’ kwarantina”.

L-għadd ta’ Niġerjani tal-flus li qed jixtru passaport Malti qiegħed kull ma jmur jikber.

Ir-rappurtaġġ ta’ Aljazeera jsemmi wkoll l-aġenti li jbiegħu iċ-ċittadinanza fin-Niġerja. Jidher li anke hawn, Henley & Partners għandhom negozju tajjeb minn dawn l-iskemi, li rreġistraw żieda ta’ 185% fi tmien xhur.