Milan għandhom ikomplu jsaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika hekk kif fi tmiem il-ħimgħa jilgħabu kontra Parma. Milan dan l-istaġun fis-Serie A għadhom bla telfa u jinsabu fl-ewwel post ħames punti fuq Inter li jisnabu fit-tieni post.
Inter minn naħa tagħhom wara l-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League f’nofs il-ġimgħa se jkunu qed jilgħabu f’Sardenja kontra Cagliari, partita li tista’ tkun diffiċli għall-Inter.
Juventus ukoll għandhom konfront diffiċli barra minn darhom kontra Genoa iżda żgur ir-rebħa kontra Barcelona f’nofs il-ġimgħa se tkun t’għajnun għall-moral fit-tim imexxi minn Andrea Pirlo.
Napoli jilgħabu kontra Sampdoria f’partita importanti għal Napoli biex iżommu l-post ma’ Milan u Inter fil-quċċata tal-klassifika. Roma jilgħabu barra minn darhom kontra Bologna.
SERIE A
Illum: Sassuolo v Benevento 8.45pm Għada: Crotone v Spezia 3.00pm, Torino v Udinese 6.00pm, Lazio v Verona 8.45pm Il-Ħadd: Cagliari v Inter 12.30pm, Atalanta v Fiorentina 3.00pm, Bologna v Roma 3.00pm, Napoli v Sampdoria 3.00pm, Genoa v Juventus 6.00pm, Milan v Parma 8.45pm
//= $special ?>