Titwal sew il-lista ta’ pajjiżi li tpoġġew fil-lista organġjo, hekk kif il-Ministeru tas-Saħħa ppubblika lista riveduta tal-pajjiżi li persuni li jkunu deħlin Malta minnhom iridu jipprovdu ċertifikat li juru li huma negattivi għall COVID-19 test negattiv magħmul mhux aktar 72 siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.
Persuni ġejjin Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għal kwarantina.
Il-lista riveduta tal-pajjiżi hija din:
Andorra, Awstrija, Belġju, Bulgarija, Ċipru, Estonja, Franza (l-ajruporti kollha barra Ile-de-France), Ġapan, Ġermanja (l-ajruporti kollha barra Baden-Wurttemberg), Ġordan, Greċja (l-ajruporti kollha barra Attiki), IndoneżjaIrlanda, Italja (l-ajruporti kollha minbarra Sqallija u Sardenja),Kanada, Kroazja, Kroazja, Latvija, Libanu, Liechtenstein, Litwanja, Lussemburgu, Marokk, Monaco, Olanda, Polonja, Portugall (l-ajruporti kollha minbarra Madeira u Azores), Renju Unit, Repubblika Ċeka, Rumanija, San Marino, Slovakja, Slovenja, Spanja (l-ajruporti kollha minbarra Canarias), Svezja, Svizerra, Tajlandja, Tuneżija, Turkija, Ungerija, Urugwaj u l-Vatikan.
Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ is-Sibt 12 ta’ Diċembru f’nofsillejl.
//= $special ?>