West Ham United telgħu temporanjament fil-ħames post tal-klassifika tal-Premier League meta f’Elland Road, kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 fuq Leeds United. Leeds fetħu l-iskor permezz ta’ penalty ta’ MATEUSZ KLICH wara biss sitt minuti. West Ham irreaġixxew b’mod tajjeb u kien fil-25 minuta li ġabu d-draw permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ TOMAS SOUCEK. ANGELO OGBONNA ta t-tliet punti lil West Ham United għaxar minuti mit-tmiem meta kkonkluda bir-ras fuq freekick ta’ Aaron Cresswell.
//= $special ?>West Ham temporanjament fil-ħames post tal-klassifika
