Sport Sport Ieħor

Aaron Abela u Nigel Mifsud rebbieħa fil-kategoriji rispettivi tagħhom

Nhar it-Tlieta li għadda, festa pubblika fis-sala tal-Malta Table Tennis Klabb f’Ħaż-Żebbuġ intlagħab l-ENERVIT MTTK Open Tournament fejn kien jikkonsisti f’żewġ kategoriji, dik ta’ Advanced & Adult u dik ta’ Junior Beginners.

Fil-kategorija Advnaced & Adult, Aaron Abela kien ir-rebbieħ wara li għeleb lil Jurgen Scheer 2-3 [12-10 / 6-11 / 11-5 / 6-11 / 4-11].

Fil-kategorija, Juniors Beginners, Nigel Mifsud ta’ 10 snin għeleb lil Andrew Jaoude 3-2 [7-11 / 12-10 / 7-11 / 11-5 / 11-6] biex rebaħ din il-kategorija.

MTTK toffri opportunitajiet ta’ taħriġ fit-table tennis għal kull eta’. Wieħed jista’ jew jidħol f’sezzjoni ta’ grupp jew individwali skond l-eta’ u l-abbilta’ jew inkella jista’ ukoll jikri mejda għal użu privat mal-ħbieb.