Futbol Sport

Draw ġust bejn Lija u Mosta

Lija A……………….1
Mosta……………….1

Lija A: L. Bonnici, L. Gusso, L. Muscat, I. Borg, D. Scerri, E. Beu, H. Wood, M. Jimenez, C. Giordimaina, N. Mc Laren, V. Alhinho (N. Micallef 82’)
Mosta: H. Mafoumbi, N. Braunovic (J. Bezzina 71’), D. Debono (L. Portelli 46’), S. Martinez (G. Sciberras 61’), C. Ememe, C. Faila, T. Farrugia, R. Morisco, Z. Brincat, B. Kaljevic, K. Tulimieri
Referee: T. Farrugia Cann
Assistenti refrees: A. Camilleri, P. Apap


Lija Athletic u Mosta temmew fi draw ta’ 1-1, riżultat li kien ġust għaż-żewġ timijiet. Mosta kienu għadhom ġejjin minn serje ta’ riżultati pożittivi fosthom ir-rebħa kontra c-champions Floriana u d-draw ta’ 2-2 kontra Valletta. Lija minkejja li l-prestazzjonijiet tagħhom kienu qed ikunu tajbin, ir-riżultati baqgħu ma waslux, kif ġara fl-aħħar partita kontra Żejtun Corinthians hekk kif sofre żewġ gowls f’żewġ minuti.


L-ewwel taqsima, kienet mingħajr azzjonijiet denji ta’ nota u ta’ periklu.
It-tieni taqsima li ntlagħbet f’xita kontinwa kienet aħjar u fl-54 minuta, Erjon Beu seta’ fetaħ l-iskor għal Lija meta minn pass fit-tul daħal fil-kaxxa iżda minn pożizzjoni angolata ra lil Mafoumbi jsalva.
Lija fetħu l-iskor mas-siegħa logħob meta minn cross minfuq il-lemin, kien ERJON BEU li b’daqqa ta’ ras b’saħħitha xeħet fir-rokna ta’ fuq tax-xibka. Mosta rreaġixxew fl-74 minuta ġabu l-iskor indaqs meta minn pass tajjeb ta’ Ememe, kien ZACHARY BRINCAT li kkonkluda fil-baxx għal wara Bonnici.