Futbol Sport

Draw mingħajr gowls f’derby ta’ Manchester mingħajr storja

(Ritratt: EPA)

Manchester United u Manchester City spiċċaw fi draw mingħajr gowls f’derby li kien nieqes mis-soltu eċċitament u azzjonijiet fuq iż-żewġ lasti.
Il-logħba kienet anki nieqsa mill-kwalità, biż-żewġ difiżi jiddominaw fuq l-attakkanti rispettivi u bl-ebda naħa ma jirnexxilha toħloq azzjoni denja ta’ nota f’loghba li żgur mhix se tissemma fost il-konfronti memorabbli tal-aħħar staġuni.
L-aħjar opportunitajiet għal City kienu moħlija min Gabriel Jesus u Riyad Mahrez waqt li Scott McTominay kien qrib li jagħti l-vantaġġ lil United b’daqqa ta’ ras li falliet il-bersall bi ftit.
Fit-tieni taqsima, United kellhom għajta għal penalty wara li Kyle Walker ikkommetta fawl fuq Marcus Rashford fil-kaxxa iżda d-deċiżjoni oriġinali kienet annullata fuq konsultazzjoni mal-VAR li żvela li l-attakkant ta’ United kien offside waqt l-azzjoni.
It-tmiem tal-logħba rat lil City fuq l-attakk iżda l-iskor,0-0, kien wieħed ġust fiċ-ċirkustanzi. Dan ifisser li United, bħalissa, qegħdin jokkupaw is-seba’ post fil-klassifika u meta City jinsabu punt biss warajhom.


Everton kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fuq Chelsea f’Goodison Park. Il-gowl deċiżiv għal Everton wasal fit-22 minuta permezz ta’ penalty mogħti u skurjat minn GLYFI SIGURDSSON.

Fl-ewwel partita li kellna lbieraħ, Aston Villa għelbu lil Wolves 1-0 bil-gowl deċiżiv ikun skorjat fl-94 minuta permezz ta’ ANWAR EL-GHAZI minn penalty. Iż-żewġ timijiet temmew il-konfront jilgħabu b’għaxar pelejrs meta l-ewwel tkeċċa DOUGLAS LUIZ għal Aston Villa fil-85 minuta biex fil-ħin mogħti żejjed fit-tieni taqsima, tkeċċa Joao Moutinho għal Wolves.


Newcaslte kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 fuq West Browich Albion. MIGUEL ALMIRON fetaħ l-iskor għal Newscastle wara anqas minn 20 sekonda, biex DARNELL FURLONG ġab l-iskor indaqs fil-50 minuta. DWIGHT GAYLE skorja l-gowl deċiżiv u dak li ta rebħa lil Newcastle fit-82 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras.

PREMIER LEAGUE
Ilbieraħ
: Leeds v West Ham 2-1 Illum: Wolves v Aston Villa 0-1 ,Newcastle v WBA 2-1, Man Utd v Man City 0-0, Everton v Chelsea 1-0 Għada: Southampton v Sheff. Utd 1.00pm, C. Palace v Tottenham 3.15pm, Fulham v Liverpool 5.30pm, Arsenal v Burnley 8.15pm, Leicester v Brighton 8.15pm