Futbol Sport

Floriana v Sliema Wanderers u Hibernians v Birkirkara jispikkaw fi tmiem il-ġimgħa

Mil-lum tibda t-12 -il ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier b’għadd ta’ partiti interessanti fejn jispikkaw il-partiti bejn Floriana u Sliema Wanderers kif ukoll Hibernians kontra Birkirkara.

Floriana kontra Sliema huwa l-kofnront tal-ġimgħa mhux biss minħabba r-rivalità li kien hemm bejn iż-żewġ timijiet fil-passat iżda wkoll għaliex fl-aħħar staġun iż-żewġ timijiet kienu sfidant ewlenin għat-titli.

Wara r-rebħa fuq Gżira United, Hibernians se jkunu qed ifittxu li jitilgħu waħedhom fl-ewwel post b’rebħa kontra Birkirkara, tim li jidher li sab il-forma fl-aħħar tliet partiti minn meta waqaf għat-tieni darba dan l-istaġun minħabba każijiet tal-coronavirus.

Valletta għandhom konfront ieħor diffiċli u l-forma li jinsabu fiha żgur ma tgħinx meta jilgħabu kontra Żejtun Corinthians, bit-tim neo -promoss għadu ġej minn rebħa ta’ 2-0 fuq Lija.

Gżira se jittamaw li jirritornaw għar-rebħ wara t-telfa kontra Hibernians fejn iridu jirbħu kważi bilfors biex iżommu l-pass mat-timijiet li hemm fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika meta se jilgħabu kontra Balzan li wkoll se jkunu qed ifittxu rebħa hekk kif ilhom seba’ partiti ma jagħmlu dan.

KAMPJONAT BOV PREMIER

Illum: Centenary Stadium: Balzan v Gżira U. 1.00pm, Gudja U. v Sirens 5.00pm, Lija A. v Mosta 9.00pm Għada: Stadium Nazzjonali: Hibernians v Birkirkara 2.00pm, Floriana v Sliema 6.15pm It-Tnejn: Centenary Stadium: Valletta v Żejtun C. 5.00pm, Santa Lucia v Senglea A. 9.00pm