Lazio sfaw megħluba 1-0 f’darhom minn Hellas Verona. Verona fetħu l-iskor sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ awto-gowl ta’ MANUEL LAZZARI. Lazio rrispondew u fis-56 minuta ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ FELIPE CAICEDO. Verona reġgħu marru fil-vantaġġ 11-il minuta wara permezz ta’ ADRIEN TAMEZE.
Crotone kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Spezia 4-1. Il-gowls għal Crotone waslu permezz ta’ doppjetta ta’ JUNIOR MESSAIS fis-7 u fis-97 minuta, ARKADIUSZ RECA fid-49 minuta u EDUARDO fis-56 minuta. DIEGO FARIAS ġab id-draw temporanjament għal Spezia fit-18 –il minuta.
Udinese għelbu lil Torino f’aktar 3-2. IGNACIO PUSSETTO fetaħ l-iskor wara 24 minuta għal Udinese. RODRIGO DE PAUL irdoppja fl-54 minuta biex ANDREA BELOTTI daħħal lil Torino fil-partita fis-66 minuta. FEDERICO BONAZZOLI ġab l-iskor indaqs minuta biss wara biex fid-69 minuta ILIJA NESTOROVSKI skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa għal Udinese.
SERIE A
Ilbieraħ: Sassuolo v Benevento 1-0 Illum: Crotone v Spezia 4-1, Torino v Udinese 2-3, Lazio v Verona 1-2 Għada: Cagliari v Inter 12.30pm, Atalanta v Fiorentina 3.00pm, Bologna v Roma 3.00pm, Napoli v Sampdoria 3.00pm, Genoa v Juventus 6.00pm, Milan v Parma 8.45pm


