Futbol Sport

Is-sitt rebħa konsekuttiva għal Marsa

Chris Cassar

MARSAXLOKK ……………….1
MARSA ………………………….2


Marsaxlokk: A. Chetcuti, C. Degabriele, J.P. Morales, G. Barone, D. Cartella, J.P. Mifsud Triganza, I. Paz, J. Spiteri, B. Sciberras, C. Brincat, P. Xuereb.
Marsa: N. Vella, P. Chircop, J. Bondin, A. Monticelli, M. Mocallef, J. De Lima, C. Gatt Baldacchino, D. Grima, P. Teixeira Maia, L. Grech, L. Micallef.
Referee: Ishmael Barbara


Marsa komplew bil-mixja tagħhom lejn il-promozzjoni b’rebħa oħra, is-sitt waħda konsekuttiva, din id-darba kontra marsaxlokk bl-iskor ta’ 2-1, bil-gowls kollha fl-ewwel nofs siegħa tal-logħba. Kienu Marsaxlokk li fetħu tajjeb u marru fil-vantaġġ, iżda Marsa dawwru r-riżultat b’żewġ gowls fi spazju ta’ tliet minuti biex kisbu rebħa meritata.


Marsaxlokk kellhom bidu mill-aqwa fejn wara biss ħames minuti fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ korner id-difiża ta’ Marsa ma rnexxielix tbieghed il-periklu u Joseuel Spiteri minn qagħda ideali spara fix-xibka.
Marsa mill-ewwel wettqu reazzjoni u ħadu l-kontroll tal-logħba f’idejhom u bdew dejjem iżidu fil-pressjoni tagħhom fuq id-difiża Xlukkajra. Fl-24 minuta Marsa kisbu l-gowl tad-draw, gowl spettakolari skorjat minn Jackson Lima li minn distanza notevoli spara xutt li spiċċa fir-rokna ta’ fuq tax-xibka. Tliet minuti wara Marsa dwaru għal kollox ir-riżultat meta minn azzjoni ta’ korner kien hemm id-daqqa ta’ ras ta’ Teiexeira Maia u Lydon Micallef mill-viċin kompla għal ġewwa.
Wara dan il-gowl Marsa naqqsu xi ftit mir-ritmu iżda xorta waħda baqgħu jippressaw lid-difiża Xlukkajra, bit-tim ta’ Degabriele ma jwettaqx reazzjoni.


Fil-bidu tat-tieni taqsima ċans f’saqajn Dennis Cartella li qabeż anki lill-goalkeeper iżda difensur ta’ Marsa mblokka fil-ħin. Fl-64 minuta xutt ta’ Lima ftit għoli u ftit wara kien Micallef li kellu xutt imur barra.
Fl-aħħar ħinijiet Marsaxlokk ippressaw biex jiksbu l-gowl tad-draw iżda Marsa kkontrollaw tajjeb u qatt ma kienu fil-periklu li jaraw il-logħba taħrab minn idejhom.


ST. GEORGE’S ………………0
PEMBROKE A. ……………… 1


St.George’s: M. Bartolo, M. Caruana, L. Bonett, D. Caruana, G. Dos Reis, L.J. Agius, A. Gili, D. Serna, R. Tanti, O. Magro, J. Grech.
Pembroke A: P. Schranz, K. Farrugia, D. Sant, K. Frendo, J. Oliveira, A. Abdeen, T. Fenech, N. Grech, M.A. Borg, K. Aquilina, J. Etim.
Referee: Sandro Spiteri


Pembroke saħħew l-ewwel post tal-klassifika b’rebħa mqanżħa kontra St. George’s, li minkejja li kellhom prestazzjoni oħra qalbiena, spiċċaw biex ħarġu mill-grawnd b’idejhom vojta.

L-ewwel taqsima li ntlagħbet taħt xita qawwija, kienet ferm bilanċjata bit-tim ta’ pembroke kif kien mistenni jkollu iktar pussess ta’ ballun iżda perikli lejn il-lasta ftit kien hemm. L-isbaħ azzjonijiet waslu lejn tmiem it-taqsima bil-Bormliżi jonqsu li jisfruttaw azzoni tajba ta’ kontrattakk, u bit-tim ta’ Pembroke jersaq qrib darbtejn permezz ta’ Abdul Abdeen bil-ballun jgħaddi ftit barra.

Għat-tieni taqsima Pembroke għamlu tliet bidliet u dehru iktar determinati li jiftħu l-iskor iżda kienu St. George’s li fallew ċans tad-deheb mas-siegħa logħob meta Caruana żmarka lil Magro li minn qagħda tajba spara għoli.
Ta dan pattew qares għaliex fit-62 minuta kien is-sostitut Chiedozie li skorja b’xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa. St. George’s attakkaw biex jippruvaw jiksbu l-gowl tad-draw u Dylan Caruana kellu xutt jgħaddi ftit barra.

BOV CHALLENGE LEAGUE

Illum: Marsaxlokk v Marsa 1-2, St. George’s v Pembroke A. 0-1 Għada: Centenary Stadium: Fgura U. v Qormi 11.00am, Mqabba v Swieqi U. 3.15pm, Qrendi v Pietà H. 7.30pm Victor Tedesco Stadium: St. Andrews v Żebbuġ R. 2.00pm, Vittoriosa S. v Naxxar L. 6.15pm