Nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru fil-Korsa tal-Marsa, se tkun qed issir l-20 edizzjoni tat-Tazza tal-President li din is-sena se tkun sponsorjata mill-Universal Cement.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ħadu sehem 44 żiemel bi 12 minnhom kwalifikaw għall-finali. Din l-edizzjoni se tkun waħda differenti minn tas-soltu hekk kif ħabba l-pandemija tal-coronavirus, it-tlielaq se jsiru wara biben magħluqa.
Il-premju finali se jkun dak ta’ €3,600, b’dawk li jtemmu fl-ewwel ħames pożizzjonijiet jingħataw trofew. Ir-rebbieħ se jkun preżentat bit-Tazza tal-President. Is-sidien taż-żwiemel għażlu n-numri ta’ kif se jibdew fil-preżenza tal-Membru tal-Kunsill tal-Malta Racing Club Joe Zerafa u Mark Mifsud Financial Controlloer ta’ Universal Cement
Kif se jibdew fil-finali
1. ZACK’S ZOOMER (Noel Baldacchino), 2. OUTPUT PRESSURE (Clint Vassallo), 3. DUKE OF MEARAS (Ludvic Ghigo), 4. BALTHAZAR MAZA (Caillin Borg), 5. NAVAJ BRODDA (Charles Camilleri), 6. SIR Q.C. (Mario Fenech), 7. CORKY RAMIREZ (Paul Galea), 8. JOE HOO LEE (Tony Demanuele), 9. EURYTHMIC SISU (Kevin Sciberras), 10. LIAM DANA (Michael Ellul), 11. EAGLE B.BUTCHER (Jesmar Gafa’), 12. JULIO DE LUXE (Rodney Gatt)
//= $special ?>

