Fid-Duomo ta’ Vicenza ngħatat l-aħħar tislima lil Paolo Rossi li miet nhar il-Ħamis li għadda wara li kien qiegħed ibagħti minn marda terminali.
Fost dawk li attendew għall-funeral apparti l-familjari ta’ Rossi kien hemm għadd ta’ plejers li kienu fl-iskwadra tal-Italja flimkien ma’ Rossi, liema skwadra kienet rebħet it-Tazza tad-Dinja tal-1982 fi Spanja b’Rossi jiskorja wieħed mill-gowls li l-Italja skorjat fir-rebħa ta’ 3-1 kontra l-Ġermanja tal-Punent.

It-tebut ta’ Rossi kien mirfugħ minn Marco Tardelli, Giancarlo Antognoni, Antonio Cabrini, Giampiero Marini, Alessandro Altobelli u Fulvio Collovati kollha ex-plejers tat-tim nazzjonali Taljan.



