Max Verstappen rebaħ l-aħħar pole position tal-istaġun f’Abu Dhabi biex b’hekk se jibda fuq quddiem netta fit-tellieqa ta’ għada wara nofsinhar. Warajh se jkunu qed jibdew iż-żewġ sewwieqa ta’ Mercedes, Valtteri Bottas u Lewis Hamilton rispettivament filwaqt li Lando Norris se jkun qed jibda mir-raba’ post. Dan se jkun ritorn għal Lewis Hamilton hekk kif is-sewwieq Ingliż tilef l-aħħar Grand Prix fil-Bahrain minħabba li kien pożittiv għall-coronavirus.
Alexander Albon ta’ Thai Racing se jkun qed jibda fil-ħames post u se jkun segwit mis-sewwieq ta’ Mc Laren Carlos Sainz li se jibda mis-sitt post. Daniil Kvyat u Lance Stroll se jibdew mis-seba’ u mit-tmien post rispettivament filwaqt li Pierre Gasly u Esteban Ocon se jkunu qed jibdew mid-disa’ u l-għaxar post.
FORMULA 1
Kif se jibdew: 1 M. Verstappen, 2 V. Bottas, 3 L. Hamilton, 4 L. Norris, 5 A. Albon, 6 C. Sainz, 7 D. Kvyat, 8 L. Stroll, 9 P. Gasly, 10 E. Ocon, 11 D. Ricciardo, 12 C. Leclerc, 13 S. Vettel, 14 A. Giovinazzi, 15 K. Raikkonen, 16 G. Russell, 17 P. Fittipaldi, 18 N. Latifi, 19 K. Magnussen, 20 S. Perez
//= $special ?>

