Lokali

Serqa b’arma tan-nar fil-Mosta

Ilbieraħ għall-ħabta tas-6.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet
serqa minn ħanut fi Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta.

Il-Pulizija marret minnufih fil-post u fejn sabu li ftit tal-ħin qabel raġel armat b’arma tan-nar, kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier,Indjan ta’ 36 sena residenti Bormla.

Sadanittant, raġel ieħor qagħad għassa fil-bieb tal-ħanut.
l-irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti u top-up cards.

Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett u tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri għadhom għaddejjin.