Raġel ta’ 60 sena mill-Ungerija sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax u għaxra fi Triq
it-Torri, Tas-Sliema.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 57 sena, residenti l-Gżira u mutur Niu misjuq mir-raġel ta’ 60 sena.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed
b’ambulanza l-isptar. Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin
//= $special ?>

