Matthias Mizzi
Gudja.……….1
Sirens……….3
Gudja: G. Zammit, J. Farrugia (45’ N. Micallef), Y. Messias, A. Friggieri, T. Vella (45’ D. Camilleri), L. Cremona, G. Mensah, I. Gonzalez, J. Bolanos, J. Grioli, P. Silva Motta (76’ J. Brincat)
Sirens: M. Montfort, W. De Oliveria, R. Dos Anjos (90’ L. Grech), M. Maia, W. Domoraud, J. Walker, A. Borg, S. Tounkara, R. Scicluna ( 81’ M. Bustos), T. Agius, T. Espindola
Imwissija: GUD: 26’ J. Farrugia, 69’ J. Griolli SIR: 90’ R. Dos Anjos
Skorjaw: SIR: 20’ W. Domoraud (PEN) , 41’ W. Domoraud, 59’ M. Maxuell GUD: 78’G. Mensah
Referee: Fydor Zammit
Assistenti Referees: Mitchell Scerri & Darko Stankovic
Raba’ Uffiċjal: Glenn Tonna
BOV Plejer tal-Partita: Wilfried Domoraud (SIR)
Fis-Centenary Stadium, Sirens ħasdu għal kollox lil Gudja United li fallew milli jilħqu lil Hibernians fil-quċċata tal-klassifika. In-nuqqas ta’ attakki perikolużi minn Yuri Messias kienu wkoll ta’ detriment għall-istess Gudjani.
Fit-tieni staġun tagħhom fil-Kampjonat Premier, Gudja United żgur kienu ta’ sorpriża fl-ewwel parti tal-kampjonat. Qabel dan il-konfront it-tim immexxi minn Jesmond Zammit kien ġej minn żewġ rebħiet konsekuttivi filwaqt li Sirens kienu ġejjin minn telfa ta’ 2-0 kontra St. Lucia aktar kmieni din il-ġimgħa.
Fl-ewwel għoxrin minuta Smaba Tounkara daħal tajjeb f’azzjoni personali mal-lemin, bil-cross tiegħu ġie mblokkat b’id id-difensur ta’ Gudja u r-referee inkarigat saffar għal penalty. Mill-ħdax-il metru, l-goalkeeper ta’ Gudja, Glenn Zammit kien sfortunat li ma ċaħħadx lil Wilfried Domoraud milli skorja.
Ħames minuti wara u Yuri Messias kien sfortunat milli ġab l-iskor indaqs wara li l-konklużjoni tiegħu fil-baxx ħabtet mal-wieqfa. Sirens komplew jirsistu biex man-nofs siegħa logħob Terence Agius ittanta xortih mill-bogħod permezz ta’ free-kick, bix-xutt tiegħu spiċċa ħabat mal-mimduda. 38 minuta logħob u nuqqas ta’ komunikazzjoni fid-difiża Gudjana setgħet kienet ta’ detriment għalihom.
Ftit minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Domoraud għaqqad id-doppjetta personali wara li approfitta minn żball fid-difiża.
It-tieni taqsima kienet ikkaratterizzata mill-istess tip ta’ logħob, b’Sirens aktar offensivi. Mas-siegħa logħob Maia Maxuell għamel l-iskor 3-0 meta b’ħeffa kbira Tounkara qabeż lid-difensur laterali u b’cross fil-baxx ġab lil sieħbu waħdu.
78 minuta logħob u Gudja ġabu l-gowl ta’ konsolazzjoni permezz ta’ Mensah biex fl-aħħar mumenti Messias ikun sfortunat permezz ta’ free-kick li ħabat mal-mimduda. B’hekk ir-riżultat finali tal-partita ntemm dak ta’ 3-1.
//= $special ?>

