Sport Sport Ieħor

Anthony Joshua jissupera u jegħleb lil Kubrat Pulev

(Ritratt: EPA)

Ilbieraħ tard filgħaxija fl-SSE Arena ta’ Wembley f’Londra Anthony Joshua għeleb permezz ta’ knock-out fid-disa’ rawnd biex b’hekk żamm it-titlu tiegħu bħala Unified World Heavyweight Champion.

Il-boxer Ingliż kien dominanti tant li fit-tielet rawnd kien b’saħħtu wisq għall-avversarju tiegħu. Pulev irkupra fir-rawnds ta’ wara iżda assedju minn Joshua fid-disa’ rawnd wassal biex il-Bulgaru jkun megħlub permezz ta’ knock-out.

Fi tmiem il-ġlieda Joshua qal li lest li jiġġieled ma’ kulħadd anke ma’ Tyson Fury, bil-midja Ingliża ila tispekula dwar ġlieda bejn dawn iż-żewġ boxers Ingliżi li huma fost l-aħjar f’dan l-isports.