Sport Sport Ieħor

Brian Cini jirbaħ ir-Ranking Snooker Shoot-Out mtella mill-MBSA

Fi tmiem il-ġimgħa ġie organizzat ir-Ranking Snooker Shoot-Out fl-Akkademja tal-Isnooker fil-Ħamrun mill-MBSA, turnamnet li sar b’risq l-Istrina, bid-dħul kollhu se jingħaata bħala donazzjoni waqt il-maratona ġbir ta’ fondi.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena kien hemm 49 parteċipant li ħadu sehem. Il-finali kienet bejn Brian Cini u Arthur Cachia. Cini fetaħ tajjeb u ħa l-kontroll tal-partita mill-bidu nett u ġab biżejjed punti biex kien iddikjarat rebbieħ tax-Shoot- Out, bil-logħba tkun ikkontrollata mir-referee internazzjonali Malti, is-Sur Terry Camilleri

L-Assoċjazzjoni tieħu din l-opportunita’ ukoll biex tirringrazzja lill-parteċipanti kollha li ħadu sehem f’dan it-tournament.