Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 52 każ ġdid – ifiqu 90

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 52 każ ġdid ta’ Covid-19 ….bil-każi attivi jonqsu għal 1,817.

Dan wara li bejn is-Sibt u l-Ħadd fiequ 90 persuna… sabiex it-total ta’ persuni mfejqa żied għal 9,165.

Minn Marzu s’issa, it-total ta’ każi pożittivi ta’ Coronavirus telgħu għal 11,370.

Intant… mill-121 każ mħabbar tul il-jum tas-Sibt; 26 kienu qraba ta’ persuni li ttestjaw pożittiv preċedentament, 19-il każ kienu minn fuq postijiet tax-xogħol, 14 każi ta’ kuntatti diretti filwaqt li 4 każi oħra kienu minn attivitajiet soċjali.

Dan ifisser li 58 mill-każi mħabbra ma kellhomx idea minn fejn jew mingħand min setgħu ġew infettati.

Dan filwaqt li l-vittmi ta’ Covid-19 f’pajjiżna żiedu għal 169 wara li fl-aħħar 24 siegħa ġew mħabbra tlett imwiet oħra.

Dan kollu jfisser li tul ix-xahar ta’ Diċembru s’issa pajjiżna ra żieda ta’ 32 fatalità u 1,280 każ.

Intant: