Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Il-vittmi jiżdiedu għal 169

Kompla jiżdied l-ammont ta’ vittmi ta’ Covid-19 f’pajjiżna wara li sfortunatament il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar tlett imwiet oħra, żewġt irġiel u mara, sabiex issa l-fatalitajiet issa telgħu għal 169.

Fl-ewwel każ, raġel ta’ 68 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Diċembru u tilef ħajtu s-Sibt fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 78 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-virus fit-28 ta’ Novembru u miet tul il-jum tas-Sibt fl-Isptar Mater Dei.

Filwaqt li fit-tielet każ, anzjana ta’ 87 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Novembru u mietet is-Sibt ukoll, fl-Isptar Mater Dei.