Wara r-Renju Unit, anke n-nies fl-Istati Uniti se jibdew jingħataw it-tilqima tal-Pfizer għal kontra l-Covid. Dan wara li l-awtoritajiet Amerikani approvaw l-użu ta’ din it-tilqima f’ċirkustanzi ta’ emerġenza.
Il-proċess biex tingħata t-tilqima se jibda minn nhar it-Tnejn li ġej bl-ewwel 3 miljun doża jitqassmu bejn l-istati kollha.
Il-vaccin tal-Pfitzer/BioNtech joffri sa 95 fil-mija ta’ protezzjoni għal kontra l-Coronavirus.
It-tilqim se jibda eżatt fil-mument meta l-Amerikani qed jesperjenzaw aktar minn 3,000 fatalita kuljum kaġun tal-pandemija.
//= $special ?>