Fi tmiem il-ġimgħa waqt il-partita mill-kampjonat Amateur tal-Malta Basketball Association bejn Mellieħa SC Libertas u Gżira Atleta inqala’ argument bejn iż-żewġ timijiet b’konsegwenz li l-President ta’ Mellieħa Nicolo Petrucci qala’ daqqa ta’ ponn.
F’partita li kienet qed tixxandar b’mod dirett fuq il-mezzi soċjali, fit-tmiem il-partita li ntrebħet minn Mellieħa 75-75, il-President ta’ Mellieħa għadda jsellem lill-plejers ta’ Gżira bi plejer minnhom ma jagħtix każ Petrucci u dan imbuttah. Minn hemm inqala’ kaos sħiħ fejn fil-ġlieda kienu involuti għadd ta’ plejers u uffiċjali fejn Petrucci kien attakkat.
Il-President ta’ Mellieħa, Nicolo Petrucci huwa t-tifel tal-President tal-Federazzjoni Italiana Basket Gianni Petrucci. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball qed tanalizza r-rapport tar-referees dwar dan l-inċident.
//= $special ?>