Wara waqfa ta’ ġimgħa minħabba l-maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista illum jixxandar it-tmien programm SPORT EXTRA fuq NetTelevision mill-4.00 pm ‘ l quddiem.
Fil-programm ta’ llum żewġ personalitajiet li fil-ġranet li għaddew kisbu suċċess fuq livell individwali u wisq aktar suċċess għall-assoċjazzjoni li rispettivament jirrappreżentaw.
Fl-ewwel parti l-mistieden ewlieni l-boxer HAITHEM LAAMOUZ li ġimgħa ilu rebaħ it-titlu superfeatherweight tal-European Boxing Union wara li għeleb lil Mario Alfano.
Fit-tieni parti il-president tal-ASA , JOE CARUANA CURRAN li dan l-aħħar kien elett fil-Kumitat Eżekuttiv tal-LEN, l-entita’ li tirregola il-waterpolo fl-Ewropa.
SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana.
//= $special ?>