Raġel mill-Awstrija ta’ 53 sena li joqgħod Bormla tilef ħajtu wara li żelaq u waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari minn fuq irdum fl-inħawi ta’ St Peter’s Pool, f’Delimara għall-ħabta tad-8.40 ta’ dalgħodu.
Minnufih fuq il-post issejħu membri tal-Pulizija, tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku iżda sfortunatament l-isforzi tagħhom kienu għalxejn hekk kif meta waslu għalih instab mejjet.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Nadine Lia.
//= $special ?>