Raġel ta’ 29 sena mill-Belt Valletta kien arrestat f’ħidma oħra mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u dawk tad-Distrett tal-Belt.
Huwa instab fil-pussess ta’ madwar 20 qartas b’sustanza suspettata droga kokaina u droga eroina. Waqt tfittxijiet oħra, instabu iktar sustanzi suspettati droga kokaina, eroina, cannabis u methadone, flimkien ma’ €13,000 fi flus kontanti.
Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat fil-Kwartieri Ġeneral tal-Pulizija, il-Floriana.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.







