Jordi Farrugia
Hibernians………………….0
Birkirkara…………………1
Hibernians: M. Calleja Cremona, F. Apap, L. Almieda (Z. Grech 83’), A. Attard, J. Grech (D. Vella 68’), B. Kristensen, G. Izquier, S. Shodija (J. Degabriele 52’), A. Agius, J. Teixeira (R. Winchester 68’), K. Laukzemis
Birkirkara: S. Guarnone, E. Pepe, Y. Yankam, L. Montebello (P. Mbong 76’), K. Zammit, R. Alidor, F. Falcone, C. Attard, C. Bonanni, C. Prado (F. Verde 90’), O. Carniello
Referee: P. Farrugia
Assitenti referees: A. Camilleri, J. Spiteri
Birkirkara rritornaw għar-rebħ wara d-draw kontra Balzan u kisbu r-raba’ riżultat pożittiv mill-waqfa minħabba l-coronvirus meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Hibernians 1-0.
Għal Hibernians din kienet it-tieni telfa fi tliet partiti. L-ewwel xutt perikoluż tal-partita wasal mal-20 minuta logħob meta ż-żgħażugħ Ayrton Attard ittant xortieh mid-distanza biex xutt tiegħu jkun devjat mid-difiża ta’ Birkirkara u jgħaddi ftit barra mill-lasti ta’ Guarnone. Fis-26 minuta x-xutt ta’ Cain Attard kien imblokkat fil-kaxxa minn Ferdinando Apap bir-referee jordna peanlty wara li deher imiss il-ballun b’idu. Minn ħdax –il metru Luke Montebello ra lil Matthew Calleja Cremona jsalva biex mir-rebound kien Claudio Bonanni li tefa’ ġewwa mill-viċin, bil-plejers ta’ Hibernians jipprotestaw mal-assistent referee għall-possibilità li Bonanni seta’ daħal fil-kaxxa qabel ma ngħata l-penalty. Birkirkara żiedu fil-logħob tagħhom u tliet minuti wara l-freekick mid-distanza ta’ Bonanni għadda għoli.
Fit-39 minuta Birkirkara resqu viċin li jirduppja meta minn pass fit-tul kien Caio Prado li wara li daħal fil-kaxxa kkonkluda fil-baxx iżda ra lil Calleja Cremona jsalva.
Fit-tieni taqsima, Birkirkara ħarġu fuq l-offenisiva u resqu viċin it-tieni gowl fit-48 minuta meta minn cross tajjeb minn fuq ix-xellug kien Yanik Yankam li antiċipa lid-difensur ta’ Hibernians bil-konklużjoni tiegħu tgħaddi ftit għoli.
Fis-57 minuta ċans ieħor perikoluż għal Birkirkara meta minn pass tajjeb, Luke Montebello daħal fil-kaxxa u wara li qabeż il-gowlkiper u minn pożizzjoni angolata ra t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-lasta.
//= $special ?>