Futbol Sport

L-eks kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray Farrugia rikonoxxut f’Jum ir-Republikka

(Ritratt: Joseph Galea)

L-eks kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray Farrugia kien rikonoxxut bl-għoti tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika għall-kontribut tiegħu lejn il-futbol Malti.

Ray Farrugia mexxa’ kemm lill-iskwadra nazzjonali ewlenija kif ukoll lit-tim ta’ taħt il-21 sena u jibqa’ mfakkar għaċ-ċans li ta lil bosta żgħażagħ biex jilgħabu għal Malta. Ħafna minn dawn il-plejers kienu parti mit-tim nazzjonali Malti li kiseb wieħed mill- aħjar riżultati f’kompetizzjoni hekk kif Malta temmet fit-tieni post bl-għola ammont ta’ punti fil-UEFA Nations League.

Minbarra s-suċċess li kiseb għal pajjiżna bħala kowċ, Farrugia għamel isem ukoll bħala plejer fejn kellu karriera anke barra l-pajjiż apparti li lagħab għat-tim Malti.