Lokali

Mara bi ġrieħi gravi wara inċident fiż-Żebbuġ

Mara miż-Żebbuġ, Għawdex, kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ is-Sibt filgħaxija, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, meta għal xi raġuni, waqt li l-mara ta’ 60 sena kienet dieħla fi drive-in ta’ kumpless ta’ garaxxijiet, l-vettura li kienet qed issuq marret lura u ħabtet ma’ żewġ karozzi pparkjati.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa l-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġiet ċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.