Max Verstappen rebaħ it-tieni tellieqa tiegħu dan l-istaġun fl-aħħar Grand Prix li sar f’Abu Dhabi. Hu rnexxielu jtemm qabel iż-żewġ sewwieqa ta’ Mercedes Valtteri Bottas u Lewis Hamilton li temmew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Fir-raba’ post temm Alexander Albon ta’ Thai Racing u kien segwit minn Lando Norris ta’ Renault li temm fil-ħames post u kiseb it-tielet post għat-tim tiegħu fil-klassifika tal-kostrutturi.
Carlos Sainz u Daniel Ricciardo temmew fis-sitt u fis-seba’ post rispettivament bis-sewwieq ta’ Alpha Tauri Pierre Gasly jtemm fit-tmien post. Esteban Ocon u Lance Stroll temmew fid-disa’ u fl-għaxar post rispettivament.
Din kienet l-aħħar tellieqa tal-istaġun fejn minkejja l-pandemija tal-coronavirus saru 17 –il tellieqa f’ħames xhur u nofs. L-ewwel tellieqa tal-istaġun li ġej hija skedata għal Marzu bil-Grand Prix tal-Awstralja.
Kif temmew
1 M. Verstappen 1:36:28, 2 V. Bottas +15.976, 3 L. Hamilton +18.415, 4 A. Albon +19.987, 5 L. Norris +1:00.729, 6 C. Sainz +1:05.662, 7 D. Ricciardo +1:13.748, 8 P. Gasly +1:29.718, 9 E. Ocon +1:41.069, 10 L. Stroll +1:42.738, 11 D. Kvyat +dawra, 12 K. Raikkonen +dawra, 13 C. Leclerc +dawra, 14 S. Vettel +dawra, 15 G. Russell +dawra, 16 A. Giovinazzi +dawra, 17 N. Latifi +dawra, 18 K. Magnussen +dawra, 19 P. Fittipaldi +2 dawriet Ma temmx: S. Perez
//= $special ?>