Milan wettqu rimonta tajba biex salvaw punt meta temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Parma. HERMANI fetaħ l-iskor għal Parma fit-13 –il minuta. Samuel Catillejo mħassar għall-offside. JASMIN KURTIC irdoppja għal Parma fis-56 minuta. THEO HERNANDEZ daħħal lil Milan fil-partita żewġ minuti wara filwaqt li l-istess HERNANDEZ salva punt lejn it-tmiem għal Milan.
Inter kisbu rebħa ta’ 3-1 barra minn darhom kontra Cagliari . RICCARDO SOTTIL poġġa lil Cagliari fil-vantaġġ fit-42 minuta. Ir-rimont ta’ Inter bdiet fl-aħħar 13 –il minuta meta l-ewwel kien NICOLO BARELLA li ġab l-iskor indaqs. DANILO D’AMBROSIO tefa’ lil Inter fil-vantaġġ fl-84 minuta biex ROMELU LUKAKU aċċerta mit-tliet punti fl-94 minuta.
Juventus ukoll kisbu rebħa importanti hekk kif għelbu lil Genoa 3-1. PAULO DYBALA fetaħ l-iskor għal Juventus fis-57 minuta. L-eks tal-partita STEFANO STURARO ġab l-iskor indaqs fil-61. Żewġ penalties fit-78 u fid-89 minuta ta’ CRISTIANO RONALDO aċċertaw minn rebħa għat-tim ta’ Andrea Pirlo.
SERIE A
Il-Ġimgħa: Sassuolo v Benevento 1-0 Ilbieraħ: Crotone v Spezia 4-1, Torino v Udinese 2-3, Lazio v Verona 1-2 Illum: Cagliari v Inter 1-3, Atalanta v Fiorentina 3-0, Bologna v Roma 1-5, Napoli v Sampdoria 2-1, Genoa v Juventus 1-3, Milan v Parma 2-2