Futbol Sport

Quincy Promes arrestat wara allegatament ta daqqa ta’ sikkina

Il-plejer ta’ Ajax u tat-tim nazzjonali Olandiż Quincy Promes kien arrestat wara li allegatament ta daqqa ta’ sikkina lill-wieħed mill-familjari tiegħu.

Skond is-sit popolari Olandiż De Telegraaf Promes allegatament ikkważa ġrieħi seji wara argument jaħraq mal-familjari tiegħu waqt festin li sar f’Lulju li għadda.

Jidher li l-vittma fetaħ proċeduri legali kontra Promes ix-xahar li għadda u kien arrestat fil-jiem li għaddew bil-plejer jonqos milli jikkopera mal-pulizija.