Lokali

Raġel midrub gravi wara argument fil-Gżira

Arkivji

Tork residenti tas-Sliema kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’argument fil-Gżira.

Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, ftit wara l-4.30, wara li mill-ewwel investigazzjonijiet ir-raġel ta’ 33 sena kellu argument ma’ raġel, li s’issa l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, fi Triq ix-Xatt.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, kull min għandu xi informazzjoni dwar il-każ huwa mħeġġeġ biex jinforma lill-Pulizija minnufih.