Waqt il-funeral tal-eks futboler Paolo Rossi, bl-Italja u l-bqija tad-dinja tal-futbol tibki t-telfa tal-eroj tat-Tazza tad-Dinja tal-1982, xi persuna jew persuni s’issa mhux identifikati daħlu fir-residenza ta’ ‘Pablito’ f’Bucine fit-Toscana u serqu u wettqu ħerba sħiħa.
Rapporti fuq ġurnali Taljanli indikaw li kienet l-armla ta’ Rossi li ntebħet b’dak li ġara wara li malli għamlet il-wasla tagħha minn Vicenza sabet id-dar ta’ taħt fuq. Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li fost l-oġġetti misruqa hemm arloġġ tal-istess Paolo Rossi
