Fl-10 ta’ Diċembru, proprju f’Jum Għajnsielem, ġiet inawgurata uffiċjalment ‘siġra unika tal-Milied’, b’għoli ta’ 60 pied… magħmula minn struttura tal-ħadid u miksija b’ aktar minn 4,500 flixkun tal-ħġieġ.
Il-kobor ta’ din is-siġra f’post prominenti fiċ-ċentru t’Għajnsielem quddiem il-Knisja Arċipetali hi ta’ attrazzjoni mill-isbah f’dawn il-ġranet ta’ festi.
Din is-siġra li bix xieraq ġiet iddedikata lil vittmi u l-eroj tal-Covid-19 ġiet iffinanzjata mill-Kunsill Lokali t’Għajnsielem bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex u d-Direttorat tal-Wirt Kulturali.
Diversi voluntieri li s-soltu kienu jgħinu fl-attivita ‘Bethlehem f’Għajnsielem’ u li din is-sena ġiet imhassra minħabba l-pandemija offrew l-għajnuna tagħhom biex issir din is-sigra, filwaqt li r-residenti taw l-kontribut permezz tal-flixken tal-ħġieġ użati. Fis-sigra gew installati wkoll 7,000 bozza LED, aktar minn 3 tunnellata ta’ hadida riciklat, u 4,400 washer.