Kenneth Vella
Meta lbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret id-49 laqgħa tas-sena fuq ħdax -il tiġrija tat-trott kienu magħrufa l-finalisti kollha tad-diversi kampjonati għal żwiemel Franċizi fuq distanza twila ta’ 2640m. Dawn il-kampjonati qiegħed jiġu organizzati mill-Malta Racing Club bl-għajnuna tal-assocjazzjoni Franciza Le Trot. L-aktar żewġ tiġrijiet mistennija kienu semifinali mill-Prix De Vincennes għal żwiemel tal-klassi Premier. Dawn intrebħu minn Vasco De Viette u Vanderlov.
Miż-żewġ semifinali Premier, tnax -il żiemel għaddew għall-finali. Fl-ewwel waħda, Vasco De Viette (Clifferty Calleja) ħa l-ewwel rebħa fi xtutna wara li kien kontinwament quddiem. Dan qasam il-linja finali l-ewwel bla tbatija u b’vantaġġ ta’ tul u nofs minn Vichenko Chef (Noel Baldacchino) u Ultra De Vindecy (Paul Galea). Theo d’Erah (Charles Degiorgio), Banco De L’Iton (Rodney Gatt) u Andante (Clint Vassallo) ukoll għamluha għall-aħħar fażi.
Kif mistenni, il-favorit Vanderlov (Melvin Farrugia) mar quddiem wara ftit metri mill-bidu uffiċjali tat-tieni semifinali tal-klassi Premier. Dan żamm l-ewwel post faċilment sat-tmiem biex ħa l-ħames rebħa tas-sena u t-tieni wahda konsekuttiva b’żewg tulijiet minn Up And Go (George Attard) u Bijou De Carsi (Noel Baldacchino). Alcibiade (Patrick Spiteri), Avrik De Guez (Carmelo Farrugia) u Alf De Melandre (Rodney Gatt) kienu l-aħħar żwiemel li kkwalifikaw ghall-finali.
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Semifinali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Firstly Light (N. Baldacchino) Ħin – 3.25.8” (1.18”) 2. Eole De Mahey (M. Fenech) 3. Atout De Carriere (J. Gafa’) 4. Ernest Des Angles (Ch. Gauci) 5. Drakkar Cleville (K. Saliba) 6. Filou Du Lion (M. Ellul)
II Tiġrija. Semifinali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Querby Du Gite (N. Barbara) Ħin – 3.24.7” (1.17.5”) 2. Eagle Rock Music (R. Gatt) 3. Frisquette Snob (R. Schembri) 4. Facile First (M. Debono) 5. Friend (N. Azzopardi) 6. Exper Majyc (Ch. Degiorgio)
III Tiġrija. Semifinali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Caline De Mai Capo (R. Gatt) Ħin – 3.22.2” (1.16.6”) 2. Djoko Des Tithais (C. Camilleri) 3. Defi d’Havane (J. Carabott) 4. Cirella De Kacy (C. Calleja) 5. Andreafilou (P. Galea) 6. Crystal Girl (E. Attard)
IV Tiġrija. Semifinali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Fazio Josselyn (N. Baldacchino) Ħin – 3.20.8” (1.16”) 2. Derby Chevaleraie (C. Camilleri) 3. Etel Du Pilet) P. Galea) 4. Concerto Cehere (C. Calleja) 5. Blister Jibi (M. Ellul) 6. Erromanga (A. Farrugia)
V Tiġrija. Semifinali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Aster Des Caillons (Ch. Degiorgio) Ħin – 3.23.2” (1.17”) 2. Apache Reyor (N. Baldacchino) 3. Guarda (M. Mifsud) 4. Vizir Des Jacquets (J. Gafa’)
VI Tiġrija. Semifinali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Bolide Atout (N. Barbara) Ħin – 3.22.9” (1.16.9”) 2. Aimant (N. Baldacchino) 3. Baby Black D’Erah (P. Spiteri) 4. Udako (A. Farrugia)
VII Tiġrija. Semifinali Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vasco De Viette (C. Calleja) Ħin – 3.21.3” (1.16.2”) 2. Vichenko Chef (N. Baldacchino) 3. Ultra De Vindecy (P. Galea) 4. Theo d’Erah (C. Degiorgio) 5. Banco De L’Iton (R. Gatt) 6. Andante (C. Vassallo)
VIII Tiġrija. Semifinali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Chemsak Vedaquais (J. Said) Ħin – 3.22.7” (1.16.8”) 2. Amiral De Beaulieu (N. Baldacchino) 3. Tonio Du Vivier (C. Camilleri) 4. Vainquer Dete (J. Gafa’) 5. American Master (P. Galea) 6. Aravis Roc (R. Gatt)
IX Tiġrija. Semifinali Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vanderlov (M. Farrugia) Ħin – 3.20.2” (1.15.8”) 2. Up And Go (G. Attard) 3. Bijou De Carsi (N. Baldacchino) 4. Alcibiade (P. Spiteri) 5. Avrik De Guez (C. Farrugia) 6. Alf De Melandre (R. Gatt)
X Tiġrija. Semifinali Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Vangiskan Scott (A. Cassar) Ħin – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Ami De Clerlande (N. Baldacchino 3. Tsunami (G. Farrugia) 4. Avenir d’Or (C. Degiorgio) 5. Baltic Sautreuil (P. Galea) 6. Business Du Bourg (C. Camilleri) XI -il Tiġrija. Semifinali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Cet Atout Maitre (C. Vassallo) Ħin – 3.26.1” (1.18.1”) 2. Amuse Nous (R. Gatt) 3. Cathy De La Rouvre (R. Magro) 4. Allez Blue (N. Baldacchino)
//= $special ?>