Coronavirus Lokali Saħħa

Covid-19: Ifiqu 150 persuna

Fl-aħħar sigħat il-każi li nstabu kienu 101, filwaqt li mill-grafika ġie mħabbar li 150 persuna fiequ mill-imxija tal-Covid.

Intant Malta qed tibki ħames vittmi tal-Covid-19 bil-Ministeru għas-Saħħa jħabbar li ħames persuni mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19, bit-total ta’ mwiet jitla’ għal 174.

Fl-ewwel każ, mara ta’ 76 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-7 ta’ Diċembru. Fit-tieni każ, raġel ta’ 66 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru. Fit-tielet każ, raġel ta’ 79 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-15 ta’ Novembru. Fir-raba’ każ, raġel ta’ 88 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Diċembru. Fil-ħames każ, mara ta’ 94 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Novembru. Il-każijiet kollha mietu l-Ħadd fl-Isptar Mater Dei.

Bħalissa f’pajjiżna għandna 1,763 każ attiv filwaqt li t-total ta’ każijiet li s’issa kellna huwa dak ta’ 11,471. L-ammont ta’ dawk li fiequ huwa dak ta’ 9,175.