Internazzjonali

Covid-19: Varjant ġdid tal-marda kapaċi qed iwassal għal rata ta’ infezzjoni aktar mġħaġġla

Il-Gvern fir-Renju Unit għadu kemm kien infurmat li r-riċerkaturi u l-esperti fil-qasam mediku identifikaw varjant aġdid tal-coronavairus li kapaċi jkun assoċjat ma’ sitwazzjonijiet ‘fein l-infezzjonijiet jinfirxu aktar malajr fost il-poplu’.

Madankollu, is-Segretarju tas-Saħħa Britanniku, Matt Hancock, qal li mhemm xejn x’jissuġġerixxi li dan il-varjant jista’ jikkaġuna effetti aktar gravi fil-ġisem inkella li jista’ ikun reżistenti għall-vaċċini li qed ikunu prodotti.

Hancock spjega li talanqas 60 awtorità lokali differenti fl-Ingilterra rreġistraw l-infezzjonijiet bil-Covid-19 ‘ li kienu kaġunati minn dan il-varjant ġdid.’ Hu kompla li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qed tkun innotifikata bl-aħħar żviluppi.

Meta kellem lid-deputati fil-House of Commons ta’ Londra, Hancock qal li, fl-aħħar ġimgħa, kien hemm żidiet sinifikanti ta’ każi tal-virus madwar Londra, Kent, partijiet ta’ Essex u Hertfordshire. Dan meta ‘il fuq minn 1,000 każ tal-varjant ġdid tal-Covid19 kienu identifikati, fil-parti kbira, qalb iz-zoni lejn in-nofsinar tal-Ingilterra.

L-awtoritajiet tas-saħħa issa qed iħejju azzjoni immedjata u deċiżiva li hi essenzjali għall-kontroll tal-coronavirus — u l-elementi ġodda tal-marda — waqt l-aħħar fażi tat-tħejjijiet biex jirrankaw il-programmi tat-tilqim fl-interessi tal-aktar nies vulnerabbli u l-membri oħrajn tas-soċjetà.