Matteo Grima
STA. LUCIA……….4
SENGLEA A……….1
Sta Lucia: C.Farrugia, T.D.Tabone, A.Rodrigues, K.Correia, A.M.Overend (46’ De Araujo), L.Motta, A.Silva (C), K.Ante Rosero, L.Filho, J.Zerafa, K.Xuereb.
Senglea A.: M.Farrugia (C), Z.Cassar, A.Abela, K.Atkinson, I.Misan, C.Riascos, D.Abela, A.Scicluna (58’ N.Terzin), J.Dibola, D.Kukic, D.Xuereb, W.Gomes.
Imwissija: C.Riascos (S), A.Scicluna (S)
Skorjaw: D.Xuereb (S), G. De Araujo (L)( 3), A.Da Silva Souza (L)
Referee: Alex Johnson
Santa Lucia jkomplu fuq il-mixja pożittiva tagħhom u jerġgħu jirbħu, din id-darba kontra Senglea Athletic, grazzi għal prestazzjoni mill aqwa ta’ Glaucio De Araujo li seraq ix-xena minn mindu ġie introdott fil-partita
Santa Lucia juru l-intenzjonijiet tagħhom kmieni fil-partita
Wara 7 minuti logħob kellna l-ewwel azzjoni tal-partita meta pass fit-tul mill-qalba difensiva sab lil Da Silva Souza li kkonkluda wara li daħal fil-kaxxa, bix-xutt tiegħu jispiċċa ftit għoli.
Mall-kwarta logħob Santa Lucia reġgħu pruvaw meta xutt mid-distanza ta’ Xuereb kien difless u spiċċa faċilment f’idejn Farruġia.
Senglea madankollu wetqu reazzjoni ftit wara Cassar ittanta xortih minn pożizzjoni angolata, bix-xutt jispiċċa ftit barra mil-lasti ta’ Farrugia.
Ftit wara Sta. Lucia jfallu ċans tad-deheb fejn Filho irċieva tajjeb fuq il-faxxa xellugja, bil-kross tiegħu jsib lil Zerafa li zmarkat fil-kaxxa li jitfa’ ferm għoli.
Santa Lucia komplew jagħfsu u man-nofs siegħa logħob, qabdu lil Senglea fuq kontra attack meta Ante Rosero irċieva pass fit-tul, bil-konklużjoni tiegħu tkun salvata b’mod stupend minn Farrugia.
Senglea A. imorru fil-vantaġġ
Iżda kontra x-xejra tal-logħob, Senglea marru fil-vantaġġ grazzi għal gowl minn DAVID XUEREB direttament mill-bandiera tal-korner fejn il-kross tiegħu deher jaħsad lil Farrugia, bil ballun jispiċċa fix-xibka.
Ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima Senglea pruvaw jirdupjaw permezz ta’ Misan li prova xutt mid-distanza li ġie salvat faċilment minn Farrugia.
Santa Lucia jeqilbu r-riżultat mal-bidu tat-tieni taqsima
Santa Lucia jġibu l-gowl tad-draw wara li Filho xehet kross tajjeb fil-kaxxa lejn il-plejer li kien ilu biss 5 minuti fil-ground, GLAUCIO DE ARAIJO, li bir-ras xehet fix-xibka għal 1-1.
Iżda Santa Lucia ma waqfux u mas-siegħa logħob, GLAUCIO DE ARAIJO reġa’ sab ix-xibka wara li rċieva kross minnZerafa
Żewġ minuti wara Senglea fallew ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta zmarkat minn quddiem il-lasta, Dibola tefa’ inkredibilment f’idejn Farrugia.
Santa Lucia bdew ifitxu t-tielet gowl u free kick dirett ta Da Silva Souza ġiel lil Farrugia jwettaq save mill-isbaħ biex iżomm l-iskor 2-1.
Mas-75 minuta, GLAUCIO DE ARAIJO għaqqad il-hatrick personali fejn wara li rċieva fil-kaxxa għeleb lil Farrugia għat-tielet darba.
Fil-ħin-mogħti żejjed, ALAN DA SILVA SOUZA, tefa’ iċ-ċirasa fuq il-kejk meta sab ix-xibka għar-raba’ darba għal Santa Lucia.
//= $special ?>