Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li ħames anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ, mara ta’ 76 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-7 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Fit-tieni każ, raġel ta’ 66 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Fit-tielet każ, raġel ta’ 79 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-15 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fir-raba’ każ, raġel ta’ 88 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei. Fil-ħames każ, mara ta’ 94 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>